News 13 Mar 2021

Direttivi dwar Covid-19 (11.03.2021)

DIRETTIVI RIGWARD MIŻURI TA’ PREVENZJONI TA’ TIXRID TAL-IMXIJA TAL-COVID-19 MILL-11 TA’ MARZU SAL-11 TA’ APRIL 2021 Dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sal-11 t’April 2021. Jistgħu jsiru l-attivitajiet stipulati f’dawn id-direttivi biss. X’ħin il-knejjes ikunu miftuħin għat-talb, jista’ jkun hemm Ġesù espost. M’għandux ikun hemm talb komunitarju organizzat għal dawk li jattendu, inkluż il-barka sagramentali. Min jidħol … Continued

DIRETTIVI RIGWARD MIŻURI TA’ PREVENZJONI TA’ TIXRID TAL-IMXIJA TAL-COVID-19 MILL-11 TA’ MARZU SAL-11 TA’ APRIL 2021

Dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sal-11 t’April 2021.

  • Jistgħu jsiru l-attivitajiet stipulati f’dawn id-direttivi biss.

  • X’ħin il-knejjes ikunu miftuħin għat-talb, jista’ jkun hemm Ġesù espost. M’għandux ikun hemm talb komunitarju organizzat għal dawk li jattendu, inkluż il-barka sagramentali.

  • Min jidħol fil-knisja ma jistax ikollu temperatura ta’ 37.2°C jew għola. Kulħadd għandu japplika sanitizer x’ħin jidħol fil-knisja.

  • Wieħed jista’ jitlob li jirċievi l-Ewkaristija x’ħin il-knisja tkun miftuħa. M’għandux ikun hemm mument għat-tqarbin organizzat.

  • Id-distanza soċjali tinżamm billi jkun hemm persuna għal kull erba’ metri kwadri.

  • Il-qrar jista’ jibqa’ jiġi amministrat kemm-il darba jibqgħu jinżammu l-miżuri stabiliti.

  • Waqt li l-quddiesa tkun qed tiġi ċċelebrata fil-privat, il-knisja għandha tinżamm magħluqa u ma jkunx hemm pubbliku fil-knisja.

  • Il-funerali jistgħu jsiru bil-quddiesa fil-knisja. M’għandux ikun hemm aktar minn mitt (100) persuna fil-quddiesa tal-funeral (inkluż is-saċerdoti, retturi, mużiċisti, u kantanti). Tal-familja għandhom jaraw li jqassmu l-biljetti għal dawk li jkunu se jiġu għal funeral. B’hekk jistgħu jikkontrollaw li ma jinqabiżx in-numru stipulat.

  • Għat-tiġijiet m’għandux ikun hemm iktar minn mitt (100) persuna għat-tieġ.

  • Il-ġenituri li għandhom trabi għal Magħmudija huma mħeġġin li jgħammdu wara il-11 t’April li ġej.

  • L-uffiċċju parrokkjali se jibqa’ miftuħ għal servizzi essenzjali.

  • It-tqarbin tal-morda għandu jsir minn persuna li jgħixu fl-istess dar tal-persuna marida jew anzjan/a.

Continue reading

Other Articles

Media · 4 Jun 2026

CORPUS CHRISTI

7th June 2026 “This is the bread that came down from heaven. Unlike your ancestors who ate and still died, whoever eats this bread will live forever.” (Gospel)

Read more