News 24 Jun 2020

Għinna nkomplu nwasslu l-messaġġ

Hekk kif din is-sena ninsabu f’sitwazzjoni partikolari ħafna – sitwazzjoni li anqas biss se tħallina niċċelebraw festa kompluta lill-Appostli tant maħbuba minna San Pietru u San Pawl – nixtiequ li permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Parroċċa tan-Nadur, nippruvaw inqanqlu spirtu ta’ festa u ta’ ċelebrazzjoni fil-jum tant għażiża għalina, id-29 ta’ Ġunju. … Continued

Hekk kif din is-sena ninsabu f’sitwazzjoni partikolari ħafna – sitwazzjoni li anqas biss se tħallina niċċelebraw festa kompluta lill-Appostli tant maħbuba minna San Pietru u San Pawl – nixtiequ li permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Parroċċa tan-Nadur, nippruvaw inqanqlu spirtu ta’ festa u ta’ ċelebrazzjoni fil-jum tant għażiża għalina, id-29 ta’ Ġunju.

Ilkoll tafu kemm l-elementi tal-midja fi ħdan il-Parroċċa tagħna kienu strumentali biex il-Knisja setgħet tibqa’ żżomm kuntatt mal-komunità anke meta l-istess Knisja kellha tibqa’ tiċċelebra l-quddiesa b’bibien magħluqa. Dan kollu kien possibbli biss għax l-amministrazzjoni tal-Parroċċa tagħna minn dejjem emmnet bis-sħiħ fil-potenzjal ta’ dawn il-mezzi u kontinwament qed tinvesti ammonti kbar ta’ flus sabiex dan il-kuntatt jasal għand kulħadd, b’diversi modi u bi kwalità mpekkabbli.

Din is-sena qed nduru fuqkom, għeżież membri tal-komunità biex permezz tad-donazzjoni tagħkom aħna nkomplu naħdmu biex intejbu l-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni u anke ntaffu ftit mill-ispejjeż li qed isiru bħalissa. Ta’ min isemmi li preżentement, il-Parroċċa qed tiffinalizza studios ġodda fi ħdan iċ-Ċentru Pastorali l-ġdid, li fih Radju Luminaria u s-servizz kumplimentari Luminaria Live, se jkunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom f’ambjent aktar aċċessibbli, b’apparat ġdid u teknoloġija moderna.

Hi xewqa tagħna li min xi darba jew oħra sab dawn is-servizzi utli jew jaf b’familjari li jiddependu fuq dawn is-servizzi biex jinżamm kuntatt mal-Parroċċa, għax forsi dawn ma jistgħux joħorġu minn djarhom, jagħti kontribut finanzjarju billi jibgħat SMS fuq in-numri msemmija hawn taħt.

5061 7900 għal donazzjoni ta’ €4.66
5061 9254 għal donazzjoni ta’ €11.65

Għal dawk li jinsabu barra minn Malta, id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw online minn fuq il-paġna https://www.nadurparish.com/media/

Ta’ min isemmi wkoll li Radju Luminaria u Luminaria Live se jtellgħu programm speċjali nhar id-29 ta’ Ġunju 2020 bejn it-8am u is-2pm. Dan il-programm ser jixxandar live fuq l-istazzjon kif ukoll fuq il-paġni tal-midja soċjali tal-Parroċċa. F’dan il-programm se niċċelebraw l-għeluq tal-25 sena anniversarju ta’ Radju Luminaria u għalhekk qed insejjħu lil dawk kollha li jsegwuna biex jagħmlu kuntatt magħna u jwasslu l-awgurji tagħhom għall-festa tal-Imnarja 2020 għad-unur il-kbar San Pietru u San Pawl.

Continue reading

Other Articles

Media · 4 Jun 2026

CORPUS CHRISTI

7th June 2026 “This is the bread that came down from heaven. Unlike your ancestors who ate and still died, whoever eats this bread will live forever.” (Gospel)

Read more