News 2 Dec 2023

Notices: For Sunday 03.12.2023

December 03, 2023 1st Sunday of Advent [B] AVVIŻI Minn nhar it-Tnejn se nibdew mument ta’ talb flimkien. Niltaqgħu fil-Prayer Room kuljum fis-6.30 ta’ fil-għodu u fil-għaxija fil-knisja fis-6.15. Filgħodu nitolbu s-salmi ta’ Sbieħ il-Jum u fil-għaxija nitolbu s-salmi tal-Għasar. F’dan il-Ħadd 3 ta’ Diċembru, fil-quddiesa tal-9.45 se nippreżentaw lil dawk li se jqassmu l-ktejjeb … Continued

December 03, 20231st Sunday of Advent [B] AVVIŻI

Minn nhar it-Tnejn se nibdew mument ta’ talb flimkien. Niltaqgħu fil-Prayer Room kuljum fis-6.30 ta’ fil-għodu u fil-għaxija fil-knisja fis-6.15. Filgħodu nitolbu s-salmi ta’ Sbieħ il-Jum u fil-għaxija nitolbu s-salmi tal-Għasar.

F’dan il-Ħadd 3 ta’ Diċembru, fil-quddiesa tal-9.45 se nippreżentaw lil dawk li se jqassmu l-ktejjeb “Ejjew Nitolbu”. Se jitqassam f’kull familja u mhux se jsir ġbir ta’ flus. Nittamaw li l-ktieb ikun ta’ għajnuna għat-talb fil-familja. Jekk xi ħadd jixtieq jgħin iqassam il-ktieb, jikkuntattjana.

Għad fadal kopji tal-Kalendarju tal-Parroċċa għas-sena d-dieħla. Min jixtieq xi kopja, tistgħu takkwistawha mill-Uffiċċju Parrokkjal

Il-Kunsill Lokali javża li għall-Milied 2023 se jerġa’ jqassam ikla b’xejn lil dawk il-persuni li huma anzjani li jgħixu weħidhom, dawk vulnerabbli, il-morda u dawk bi ħtiġijiet oħra. Tistgħu tinkitbu fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali.

Infakkrukom li nhar l-Erbgħa, u kull nhar t’Erbgħa, ikun hawn saċerdoti barranin għall-qrar mill-4.30 sat-8.30 ta’ filgħaxija. Mill-4.30 il-qrar ikun fil-knisja, fis-6.30 ikun hawn Patri Kapuċċin għall-qrar fil-kamra maġenb il-Prayer Room.

Continue reading

Other Articles

Media · 4 Jun 2026

CORPUS CHRISTI

7th June 2026 “This is the bread that came down from heaven. Unlike your ancestors who ate and still died, whoever eats this bread will live forever.” (Gospel)

Read more