Events & Activities 21 Oct 2020

PRESS RELEASE

Arc-KAN. DUN MARTIN CAMILLERI MITT SENA MINN MEWTU  (8 .9.1921 – 8.9.2021) Minkejja li għaddew kważi 100 sena mill-mewt tal-Arċipriet Dun Martin Camilleri, li ġrat fit-8 ta’ Settembru 1921, il-komunità parrokkjali tan-Nadur, Għawdex għadha tgħożż il-memorja tiegħu sallum. Għalhekk matul ix-xhur li ġejjin il-parroċċa tan-Nadur ser tfakkar il-memorja ta’ dan is-saċerdot b’diversi inizzjattivi. Dan biex … Continued

Arc-KAN. DUN MARTIN CAMILLERI MITT SENA MINN MEWTU

(8 .9.1921 – 8.9.2021)

Minkejja li għaddew kważi 100 sena mill-mewt tal-Arċipriet Dun Martin Camilleri, li ġrat fit-8 ta’ Settembru 1921, il-komunità parrokkjali tan-Nadur, Għawdex għadha tgħożż il-memorja tiegħu sallum. Għalhekk matul ix-xhur li ġejjin il-parroċċa tan-Nadur ser tfakkar il-memorja ta’ dan is-saċerdot b’diversi inizzjattivi. Dan biex il-ġenerezzjonijiet ġodda tallum ikunu magħrfa dwar il-kisbiet importanti tiegħu, fosthom il-bini tal-faċċata u l-koppla tal-knisja Bażilika, x-xogħol tiegħu favur il-ħaddiema u l-familji Nadurin, u ħidma soċjali oħra.

Dun Martin kien saċerdot ħabrieki li ħabb lill-komunità, u kien bil-ħila tiegħu li n-Nadur għandu t-tempju monumentali li għandu llum. Wara 100 sena n-Nadurin għadhom igawdu mill-frott ta’ ħolmietu u ħidmietu. Għalhekk, in-Nadurin tallum għandhom obbligu li jħarsu dan il-patrimonju frott is-sagrifiċċji tan-Nadurin tal-imgħoddi. Għal dan il-għan, il-parroċċa tan-Nadur għadha kemm waqfet Grupp Organizzattiv bil-ħsieb li titfakkar il-memorja ta’ Dun Martin Camilleri. Fost l-inizzjattivi li diġà bdiet il-ħidma fuqhom hemm pubblikazzjoni dwar l-Arċipriet Camilleri, studju dwar il-qagħda soċjali taż-żmien li fih għex, wirja dwar ħajtu u ħidmietu, u Serata Kommemorattiva li ser issir fil-ġranet tal-festa tal-Imnarja 2021.

Stqarrija-Ghal-Istampa-Mitt-Sena-mill-Mewt-tal-Arcipriet-Dun-Martin-CamilleriDownload

Continue reading

Other Articles

Media · 4 Jun 2026

CORPUS CHRISTI

7th June 2026 “This is the bread that came down from heaven. Unlike your ancestors who ate and still died, whoever eats this bread will live forever.” (Gospel)

Read more